Raġel Somalu ta’ 35 sena kien immultat €20 wara li ammetta li wettaq atti oxxeni fil-pubbliku meta nqabad jimmasturba quddiem il-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit f’Ta’ Xbiex.
Yassin Hassan inqabad fil-fatt mill-pulizija li ssejħu fuq il-post minn residenti bil-pulizija isibuh fi stat ta’ sakra u bil-qalziet imniżżel.
L-akkuża li tressaq biha Hassan hi kontravenzjoni li ġġorr multa ta’ bejn €6.99 u €58. Hu tressaq taħt arrest peress li m’għandux indirizz fiss u joqgħod fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far. Il-Maġistrat Gabriella Vella ordnat lis-Somalu jħallas multa ta’ €20 wara li kkunsidrat li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih fi stadju bikri.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jason Sultana. L-Avukat Joseph Mizzi deher għal Hassan.
//= $special ?>