Sa’ Ġunju 2015 in-numru ta’ vetturi liċenzjati kien ta’ 340,981, żdieda ta’ 1.0 fil-mija matul l-ewwel 3 xhur tal-2015.
Minn statistika tal-NSO it-total jammonta għal 340,981 vetturi liċenzjati, 79.3 fil-mija kienu karozzi tal-passiġġieri, 14.0 fil-mija kienu vetturi kummerċjali u 5.7 fil-mija kienu muturi. In-numru ta’ xarabankijiet u minibuses ammontaw għal inqas minn 1.0 fil-mija bħala liċenzji ġodda.
Liċenzji ġodda maħruġa matul it-tieni kwart tas-sena huwa ammontat għal 5443. Il-maġġoranza (4224 jew 77.6 fil-mija tat-total) kienu maħruġa lill-karozzi tal-passiġġieri, segwiti minn 672 mutur.
Vetturi li kienu reċentement liċenzjati bħala “ġodda” ammonta għal 2505, jew 46.0 fil-mija tat-total, u liċenzji ġodda fir-rigward ta’ vetturi bil-mutur “użati” (second-hand) ammontaw għal 2938.
Fit-tieni kwart tas-sena, 114 vetturi kienu esportati. Il-vetturi garaxxjati ammontaw għal 1951, filwaqt vetturi skrappjati ammontaw 1013. Sal-aħħar ta’ Ġunju, 206766 vetturi kellhom magni petrol, jagħmlu 60.6 fil-mija tat-total. 132,960 vettura powered-diesel ammontaw għal 39.0 fil-mija.