Membri tal-kunsill Lokali tal-Qrendi llum ippreżentaw il-Ktieb Qrendi – Its people and their heritage lill-Kap tal-Oppozizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
Dan il-ktieb, miktub minn Dr George Cassar, hu pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi u jagħti ħarsa mill-qrib lejn il-komunità tal-Qrendi minn żmien il-preistorja sal-lum.
Fil-pubblikazzjoni, l-awtur juri kif din il-komunità ta’ nies għexet u żviluppat fl-attivitajiet ta’ kuljum u kif addattat ruħha matul iż-żmien. Iħares lejn il-patrimonju kulturali u naturali li għandha x’toffri din il-lokalità.
Il-ktieb jiffoka wkoll fuq il-patrimonju u l-ħajja reliġjuza tal-Qrendin matul is-sekli u jifli mill-viċin is-snin tat-Tieni Gwerra Dinjija u kif dawn laqtu lil dan ir-raħal fin-nofsinhar ta’ Malta.
//= $special ?>

