Ewropa

L-immigrazzjoni: bżonn ta’ rieda qawwija mill-pajjiżi kollha

Meta kienet qed tindirizza s-seminar organizzat mill-European Democrat Students (EDS) l-ewroparlamentari Nazzjonalista Therese Comodini Cachia appellat għal koperazzjoni ġenwina bejn il-pajjiżi kollha tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-immigrazzjoni.

Comodini Cachia qalet li hemm bżonn regoli ċar li kull pajjiż ikun qed jimplimenthom.

Quddiem 100 student minn madwar l-Ewropa, l-MEP Nazzjonalista qalet li quddiem l-immigrazzjoni hemm bżonn isir aktar. “L-aktar ħidma importanti trid tkun fejn tidħol koperazzjoni aħar mal-pajjiżi terzi sabiex tiġi indirizzata l-isfida tat-traffikar illegali ta’ persuni”.

Is-seminar tal-EDS sar fi Skyparks. Comodini Cachia hija membru tas-Sotto-Kumitat fil-Parlament Ewropew responsabbli mid-Drittijiet tal-Bniedem.