Lokali

“Michael Falzon falla” – Editorjal Times of Malta

L-Iskandlu Gaffarena juri l-arroganza li hakmet lil Michael Falzon illi akkost ta’ kolox ma jridx jirrizenja. Dan kien il-kumment li ghamel illum il-gurnal Times of Malta fl-Editorjal tieghu.

L-editur tat-Times jghid illi l-informazzjoni li harget s’issa dwar l-espropjazzjoni tal-bini fi Strada Zekka…u anke l-kaz tal-pakkett ta’ irtirar kmieni li Michael Falzon ha minghand il-BOV…ghandhom implikazzjonijiet kbar fuq il-kariga li jhaddan Falzon fil-Kabinett ta’ Muscat.

Il-gurnal ikompli billi jaghmel referenza ghal dik li jsejjah htija kriminali u responsabbilta’ politika. Dan ghaliex wiehed jista’ ma jkunx hati li wettaq xi haga illegali, izda jinstab li xorta ma jkunx mexa b’mod korrett politikament.

L-editur jikkwota lil Winston Churchill meta qal “tista’ tkejjel il-karattru ta’ ragel mill-ghazliet li jaghmel meta jkun that pressjoni”. Michael Falzon falla b’mod mill-aktar mizeru, jghid l-editur tat-Times.