Lokali

Ritratt: Tieqaf tal-linja – it-turisti mal-art jistkennu taħt umbrella

Grupp ta’ turisti spiċċaw mal-art fuq il-bankina tal-bypass tan-Naxxar hekk kif il-karozza tal-lina li kienu fuqha waqfet bil-ħsara.

Kif jidher fir-ritratt, dawn iż-żgħażagħ spiċċaw jistkennu taħt umbrella mill-qilla tax-xemx li qed taħkem pajjiżna fl-aħħar jiem. Dan filwaqt li x-xufier dam għal ħin twil jistenna biex tintbagħat assistenza u jkun jista’ jkompli xogħolu.