Lokali

Tfajla l-isptar wara ħabta oħra fi Triq il-Kosta

Tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei issofri minn xi ġrieħi wara li kienet involuta f’ħabta head on ma’ vettura oħra fit-triq sekondarja ta’ Triq il-Kosta, li tagħti lejn il-Magħtab.

It-tfajla, li kienet qed issuq Toyota Vitz, għal xi raġuni kellha mpatt ma’ vettura tat-tip Peugeot 308 u nqabdet fil-vettura f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-10:30.

Kien għalhekk li fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lit-tfajla, li ttieħdet lejn l-isptar permezz ta’ ambulanza.

Il-kundizzjoni tagħha mhix magħrufa.

11251772_1082818281730120_5210763928922559139_n