Lokali

Tmut l-anzjana li nhar l-Erbgħa kienet involuta f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq

L-anzjana ta’ 64 sena li nhar l-erbgħa kienet involuta f’incident tat-traffiku fi triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq mietet illum wara ħamest ijiem tiġġieled għal ħajjitha.

Dakinhar tal-inċident, l-anzjana kienet akkumpanjata minn tifel ta’ erba’ snin.

L-inċident kien seħħ bejn karozza tat-tip Subaru Vivio, misjuqa mill-anzjana, u vann tat-tip Toyota Hiace.

Kawża tal-impatt il-mara u t-tifel kellhom jinħarġu mill-karozza bl-intervent tal-membri tal-protezzjoni ċivili wara li tqatta’ s-saqaf tal-vettura u l-bibien.