F’numru ta’ postijiet madwar Malta u Għawdex ftit tal-ħin ilu bdiet traxxax ix-xita, għalkemm xorta waħda pajjiżna għadu maħkum minn mewġa ta’ sħana qawwija b’temperaturi ta’ 31°C, indiċi UV 9 u umdita’ li f’xi nħawi saħansitra tlaħħaq l-94%.
Imma l-possibilta’ ta’ xita f’dawn il-ġranet fl-eqqel tas-Sajf teżisti wkoll għall-jiem li ġejjin hekk kif numru ta’ siti tat-tbassir tat-temp saħansitra qed ibassru maltempati b’xita qawwija.
Fl-Italja saħansitra ġew rappurtati għarar f’Firenze, fejn kienu rappurtati ħsarat, persuni li sofrew xi ġrieħi u nħolqu problemi fis-sistema’ tal-ferrovija.
//= $special ?>