Fl-aħħar sigħat, l-iskwadri tal-emerġenza fl-Istat Amerikan ta’ Kalifornja kienu qed jistinkaw biex irażżnu diversi nirien li qabdu fiż-żona, bl-awtoritajiet joħorġu direttivi għall-evakwazzjoni ta’ mill-anqas 13,000 persuna.
L-iskwadri kellhom iħabbtu wiċċhom mal-aktar kundizzjonijiet diffiċli, hekk kif kelliema għas-servizzi tal-emerġenza qalu li rari raw nirien bħal dawn. L-akbar inċidenza ta’ nirien seħħet lejn in-naħa ta’ fuq ta’ San Francisco, bl-awtoritajiet ilaqqmu dawn in-nirien bħala Rocky Fire.
Skont l-aħħar rapporti, l-iskwadri tal-emerġenza kienu għadhom qed jikkumbattu l-fjammi li komplew javvanzaw u li ħallew warajhom wied ta’ qerda sħiħa. Hu mifhum li s’issa, mill-anqas 24 residenza nqerdu minn nirien.
(Ritratt: mill-Arkivji)
//= $special ?>