Internazzjonali

Investigat l-eks Prim Ministru Ingliż Edward Heath dwar allegati każi ta’ abbuż tat-tfal

Il-Pulizija fir-Renju Unit qed jinvestigaw lill-eks Prim Ministru Britanniku Edward Heath bħala parti minn Inkjesta dwar allegati każi ta’ abbuż tat-tfal.

Heath kien miet f’Salisbury fl-2005, fl-età ta’ 89 sena, u ismu jinsab fost diversi ismijiet prominenti li huma suġġetti għall-investigazzjoni tal-Pulizija bħala parti mill-Operazzjoni Midland.

F’każ separat, osservatur tal-Pulizija qed jinvestiga jekk il-Pulizija ta’ Wiltshire naqsux milli jindagaw dwar allegazzjonijiet ta’ abbuż tat-tfal fil-konfront tal-eks Prim Ministru Heath.

Dan wara li detektiv li llum irtira mill-Korp sostna li l-allegazzjonijiet kienu tressqu fis-snin disgħin u li l-awtoritajiet kienu naqsu milli jimxu fuq din l-informazzjoni.