Lokali

Jisraq karozza u jinqabad ftit wara

habta
Incident

Somalu kien arrestat wara li nqabad isuq vettura li kien seraq ftit tal-ħin qabel.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-ħamsa, meta Toyota Hilux intlemaħ jinstaq b’mod traskurat fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ minn Pulizija li kienu fuq ronda fl-inħawi. Fil-fatt, il-pick-up kien innutat jinstaq kontra sinjal tat-traffiku li ma jippermettix dħul u deher jaħbat ma’ ħajt.

Hekk kif il-vettura twaqqfet mill-pulizija, rriżulta li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ nazzjonalità Somala. Meta ġew iċċekjati d-dettalji tal-pick-up, irriżulta wkoll li s-sewwieq ma kienx sidha. Għalhekk, ġie ntraċċat is-sid, li mar fuq ix-xena u kkonferma li l-vettura kienet insterqet minn wara l-bieb tad-dar tiegħu fi Triq André Vassallo f’Ħal Luqa.

Kien għalhekk li l-barrani kien arrestat għall-aktar stħarriġ mill-Għassa ta’ Ħal Qormi.