Miet l-aħħar pilota tal-iskwadra tal-ajruplani magħrufa bħala Dambusters li kienet saret leġġenda fl-aħħar snin tat-Tieni Gwerra Dinjija.
L-Assoċjazzjoni tal-Bomber Command ta’ New Zealand, fl-aħħar sigħat, ikkonfermat il-mewt ta’ Squadron Leader Les Munro, fl-età ta’ 96 sena. Hu magħruf li Munro kien qed ibati bi problemi f’qalbu. Munro kien ukoll il-patrun tal-Bomber Command ta’ New Zealand u kien baqa’ effettiv bħala kopilota sal-aħħar snin ta’ ħajtu.
Il-mewt ta’ Munro tfisser li fadal ħajjin żewġ membri biss tal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-gwerra involuti fil-missjonijiet tad-Dambusters; li kien il-laqam ta’ ‘617 Squadron’ tal-RAF.
Il-piloti tad-Dambusters kienu responsabbli għal uħud mill-aktar attakki tal-ajru spettakolari tat-Tieni Gwerra meta ntużaw il-bouncing bombs kontra digi tal-Ġermanja Nażista.
//= $special ?>