Mara ta’ 72 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart, ftit wara li l-mara, li tgħix Birżebbuġa, niżlet tgħum m’oħtha.
Jirriżulta li hekk kif l-aħwa ħarġu ftit il-barra, l-vittma ntilfet minn sensiha u niżlet taħt l-ilma. Kif rat hekk, oħtha bdiet tipprova timbuttha ‘l ġewwa u tgħajjat għall-għajnuna.
Kif semgħu dan, numru ta’ rġiel li kienu fuq il-bajja qabżu l-baħar u tellgħu ‘l mara. Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn mara ta’ nazzjonalità Ingliża kkwalifikata, sakemm wasal tim mediku. Il-vitma ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn kienet iċċertifikata li tinsab f’qagħda kritika.
Il-każ qiegħed jiġi nvestigat mill-Għassa ta’ Birżebbuġa.
//= $special ?>