Il-Pakistan ipproċeda bl-esekuzzjoni ta’ raġel li, fl-2004, kien instab ħati bil-qtil ta’ tfajjel u minkejja l-ħafna appelli mingħand il-gruppi internazzjonali favur id-drittijiet umani biex ir-raġel ma jingħatax il-piena kapitali.
L-Avukati tar-raġel, li kien jismu Shafqat Hussein, qalu li kien għad għandu 14 il-sena meta nstab ħati bil-qtil u li ammetta biss għad-delitt wara li spiċċa suġġett għat-tortura.
Min-naħa tagħhom, l-Uffiċjali Pakistani qed jgħidu li m’hemm l-ebda prova li Hussein kien minorenni meta ngħata l-kundanna. Shafqat Hussein ingħata l-forka f’ħabs ta’ Karachi.
//= $special ?>