Lokali

Partijiet minn Ħal Balzan u Birkirkara bla dawl

MaltaRightNow.com irċieva rapporti li partijiet minn Ħal Balzan u Birkirkara jinsabu bla dawl. Dan hu l-aħħar rapport fost sensiela fl-aħħar ġimgħat ta’ rapporti fejn lokalitajiet qed jispiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku meta ma jkunx qed isir manutenzjoni skedat.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, kien hemm qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa u Marsaxlokk, waqt li kienu għaddejjin il-festi tar-raħal fiż-żewġ lokalitajiet.