Lokali

Wara l-ġenerosità tal-Maltin, Martin Attard jasal lura Malta llum

Wara l-ġenerosità tal-Maltin, il-katavru ta’ Martin Attard jinġieb lura Malta llum waranofsinhar.

Martin Attard, li għamel snin twal fotografu uffiċjali tal-Gvern fid-Dipartiment tal-Informazzjoni, miet ħabta u sabta fit-23 ta’ Lulju li għadda meta kien waqt btala fil-Kroazja.

Wara appell minn bint Martin, biex il-pubbliku jgħin sabiex missierha jkun jista’ jinġieb Malta, inġabret is-somma ta’ €4,890 – biżejjed biex ikunu koperti l-ispejjeż biex il-katavru jinġieb lura Malta.

Fuq is-sit li permezz tiegħu bint Martin ġabret il-flus, hi rringrazzjat lil kull min ta d-donazzjoni tiegħu, filwaqt li ħabbret li llum waranofsinhar jasal il-katavru ta’ missiera.

Hi qalet li jekk it-talba mal-kumpanija tal-assikurazzjoni tkun suċċess, il-flus miġbura jmorru għand Puttinu Cares.

desiree attard