Baħri anzjan kellu jingħata l-għajnuna minn membri mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li ntilef minn sensieh meta kien f’nofs ta’ baħar abbord lanċa tas-sajd irreġistrata Malta. Il-każ seħħ madwar 11-il mil nawtiku fil-Lvant ta’ Malta.
Mal-wasla fil-post, abbord il-ħelikopter tal-Forza Taljana tal-Ajru AB 212, imħaddem minn ekwipaġġ Taljan u Malti, il-membri tal-Forzi Armati tellgħu lill-anzjan abbord il-ħelikopter u tawh l-ewwel għajnuna.
Minn hemm, hu ttieħed l-Isptar San Luqa, fejn Ambulanza kienet qed tistenna lill-anzjan u ħaditu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhix magħrufa, għalkemm fortunatament ma jidhirx li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
//= $special ?>