Jiem qabel ma jilagħbu l-finali tas-Super Cup tal-Italja Juventus ħadu aħbar ħażina oħra hekk kif sar magħruf li l-attakkant Alvaro Morata se jkollu jdum xahar barra mill-azzjoni wara li sofra injury fil-pexxul waqt sessjoni ta’ taħriġ. Minbarra li se jitlef il-logħba ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Lazio, Morata mitenni jitlef anke l-ewwel logħba tal-kampjonat fit-23 ta’ Awwissu kontra Udinese. Jista’ jagħti l-każ li jitlef anke t-tieni logħba, l-konfront dirett kontra Roma.
Ta’ min jiftakar li Juventus diġa’ huma mingħajr id-difensuri Chiellini, Barzagli, u l-midfielder Khedira kollha mweġġgħin.
//= $special ?>
