Lokali

Analiżi tal-Ġurnali

In-Nazzjon fil-faċċata tagħha insibu ritratt kbir li juri l-parata militari li saret fil-Kroazzja biex tfakkar l-20 sena tal-Operazzjoni Storm, li fiha l-qawwiet Kroati kien għelbu lir-ribelli Serbi. Fi storja oħra nsibu d-dettalji dwar kif minn surġent maġġur fil-puliizja persuna li jiġi ħu s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turiżmu ingħata l-kariga ta’ Security Manager fl-Isptar Mater Dei. Insibu woll l-istorja dwar kif l-uffiċju ta’ Huawei f’Malta jinsab vojt. In-Nazzjon tgħid ukoll li l-Kap tal-PN , Simon Busuttil, ressaq libell ieħor fil-konfront tal-media tal-GWU.

The Malta Independent titkellem dwar kif l-isptar St. James jnsab f’taħdidiet ma investitur barrani għall-bejgħ tal-isptar. Fi storja oħra fil-faċċata naqraw kif numru ta’ employers telqu ‘l barra minn laqgħa li kellhom mas-CEO tal-ETC minħabba l-attitudni ta’ Philip Rizzo, il-Kap Eżekuttiv tal-ETC.

The Times of Malta tgħid li l-Piloti u l-cabin crew ma qablux mal-proposta li titnaqqas il-flotta tal-ajruplani tal-Air Malta. Fi storja oħra insibu kif numru ta’ Libjani qed iwaqqfu kumpaniji fitizzji biex ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu Malta. Fir-ritratt fil-faċċata naraw tifkira tal-attakki li saru fuq Hiroshima 70 sena ilu.

L-Orizzont titkellem dwar kif Malti ieħor niżżel ismu fil-Guinnes Book of Records wara li dam 13-il siegħa taħt l-ilma f’temperaturi kesħin lura f’Marzu li għadda. Kien biss ilbieraħ li dan ir-rekord kien konfermat. Storja oħra titkellem dwar allegat ikliet li nżammu mistura minn Beppe Fenech Adami. Storja oħra titkellem dwar kif Maltija weldet it-tarbija ta’ oħta.