Anzjana fir-Russja ngħatat il-laqam tar-‘Ir-Ripper Nanna’ wara li hi kitbet, fi djarju, li kienet wettqet talanqas għaxar każi ta’ omiċidju. Fil-fatt l-ammont allegat tal-vittmi tal-anzjana jista’ jkun sostanzjalment akbar.
Tamara Samsonova, li għandha 68 sena u li hi residenti f’San Pietruburgu, kitbet li kienet biċċret u qatgħet ras il-vittmi waqt renju ta’ terrur li seta’ dam għaddej għal 20 sena. L-indikazzjonijiet huma li hi wettqet id-delitti kollha fl-inħawi ta’ San Pietruburgu.
Samsonova, li kienet taħdem f’lukanda, iddettaljat il-ħajja sigrieta makabra tagħha f’numru ta’ djarji miktuba bir-Russu, bl-Ingliż u l-Ġermaniż.
Ingħad li l-anzjana, li hi anki dilettanta tal-maġija sewda, spiċċat arrestata, din il-ġimgħa, wara li nqabdet mis-CCTV hi u ġġorr basket tal-plastik iswed li kien fih il-biċċiet tal-katavru ta’ anzjana. Din il-vittma kien jisimha Valentina Ulanova u kellha 79 sena, bir-rapporti jgħidu li l-katavru tagħha kien instab, mingħajr ras, ġo għadira f’San Pietruburgu.
Il-pulizija f’San Pietruburgu issa qed janalizzaw djarju elaborat ta’ Samsonova għal dettalji li jaqblu mal-kazi ta’ omiċidju magħrufa li baqgħu ma ssolvewx, u fejn il-vittmi kienu spiċċaw imbiċċra; bil-biċċiet tal-katavri jinstabu ppakkjati fil-basktijiet u mitluqa madwar il-belt
//= $special ?>