Minkejja li staġun ilu ġew relegati mis-Serie B, Brescia se jkunu qed jilagħbu f’din id-diviżjoni fl-istaġun li ġej. Dawn se jieħdu post Parma li kienu relegati mis-Serie A iżda mhux se jkunu qed jilagħbu fis-Serie B minħabba li l-klabb ġie uffiċjalment dikjarat fallut. Parma se jilagħbu fis-Serie D li hi diviżjoni ta’ livell amateur.
Intant, Albinoleffe u Pordenone se jilagħbu fil-Lega Pro (dik li qabel kienet Serie C) hekk kif se jkunu qed jieħdu post klabbs li fallew.
//= $special ?>
