Lokali Sport

Filmat: Suċċess għall-atleti Maltin li rritornaw mill-iSpecial Olympics World Games

It-tim Malti jirritorna b’24 midalja

Suċċess għat-tim Malti li pparteċipa fl-Ispecial Olympic World Games u li rritornaw lura Malta minn Los Angeles fl-Amerika l-lejl li għadda. L-atleti Maltin irritornaw lura Malta b’24 midalja, 7 tad-deheb, 10 tal-fidda u 7 tal-bronz.

Fil-filmat t’hawn fuq tista’ ssegwi uħud mill-kummenti tal-parteċipanti, li mal-wasla tagħhom fl-ajruport sabu jilqgħuhom familjari u ħbieb.

B’kollox ħadu sehem 22 atleta minn six dixxiplini differenti li rrappreżentaw lil Malta f’dawn il-logħob li saru f’Los Angeles bejn il-25 ta’ Lulju u t-2 t’Awissu.

Malta pparteċipat fl-atletika, l-aquatics, il-bowling, il-bocce, il-ġinnastika u t-table tennis. Id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi l-Kap tad-Delegazzjoni Anna Calleja, l-assistent Kap tad-Delegazzjoni Elaine Bonnici u 12-il coach.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Anna Calleja hi wkoll id-Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta u ilha f’dan ir-rwol għal dawn l-aħħar 15-il sena.