Illum wasal għall-ewwel darba f’Malta ajruplan Ingliż tat-tip A400, magħruf bħala Atlas.
L-ajruplan, li jintuża għat-trasport huwa parti mir-Royal Air Force.
Dan huwa l-istess tip ta’ ajruplan li f’Ġunju li għadda ġġarraf fi Spanja, iżda nkjesta li saret wara dan l-inċident stabbiliet il-kawża u għaldaqstant ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ikunu evitati aktar inċidenti.
L-ajruplan waqaf Malta għal waqfa qasira ta’ ftit sigħat u wara mistenni jkompli bil-vjaġġ.
//= $special ?>