Lokali

Ħabta bejn tliet karozzi waqt li kienu pparkjati

F’San Ġwann dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi li kienu pparkjati.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00am fiż-żona industrijali ta’ San Ġwann meta għal xi raġuni, waħda mill-karozzi baqgħet nieżla u laqtet karozza ohra, b’konsegwenza li ntlaqtet it-tielet karozza.

Konsegwenza ta’ dan l-inċident, għal xi ħin it-triq kienet magħluqa.