Lokali

Il-festa ta’ Santa Marija f’Kemmuna wara nuqqas ta 40 sena

Wara nuqqas ta’ 40 sena, se terġa tibda tiġi ċċelebrata il-festa f’Kemmuna, il-festa ta’ Santa Marija, li għaliha hija ddedikata l-kapella f’Kemmuna.

Il-festa ta’ Santa Marija se tiġi ċċelebrata nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu, permezz ta’ quddiesa kkonċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech. Aktar tard filgħaxija se jsir kunċert mill-Banda ta’ San Ġużepp ta’ Għajnsielem u issegwi majjalata.

It-torri ta’ Santa Marija fuq Kemmuna se jkun miftuħ b’xejn għall-pubbliku.

It-trasport bil-baħar se jkun minn quddiem it-terminal fl-Imġarr Għawdex u mill-Marfa u miċ-Ċirkewwa.