L-Assoċjazzjoni tal-persuni li jaħdmu jew jistudjaw fil-qasam tal-informatika (MITLA) appellat lill-Gvern biex jippubblika linji gwida ċari għall-ħaddiema taċ-ċivil dwar l-użu ta’ Facebook u media soċjali oħrajn.
Fi stqarrija l-MITLA qalet li ma taqbilx li għandu jiġi projbit l-użu tas-social media mill-ħaddiema tal-Gvern. Jekk xejn, għandu jiddaħħal kodiċi ta’ etika u policies ċari għal dawk li jużaw siti bħal Facebook.
Din il-kontroversja żviluppat wara li l-Ministru Evarist Bartolo impona fuq il-management tal-ETC biex ma jkollhomx preżenza fuq Facebook.
//= $special ?>

