L-MFA tavża li l-finali tal-BOV Super Cup ta’ dan l-istaġun bejn Hibernians u Birkirkara se tintlagħab fl-Istadium nazzjonali f’Ta’ Qali, l-Erbgħa 12 ta’ Awwissu u tibda fit-8pm.
L-MFA tavża li l-partitarji ta’ Hibs se jkunu allokati f’West Stand C filwaqt li dawk ta’ B’Kara se jkunu allokati f’West Stand A. Il-partitarji newtrali se jkunu allokati f’Millennium F.
L-MFA, taħt struzzjonijiet tal-pulizija ta’ Malta, tavża li l-partitarji ta’ Hibs għandhom jipparkjaw il-vetturi tagħhom lejn in-naħat tal-Park Nazzjonali, f’Ta’ Qali u jidħlu min-naħat tar-Rabat, mentri dawk ta’ B’Kara għandhom jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-West Parking u jidħlu min-naħat tal-Mosta.
Se jkunu validi biss ‘l-Orange Cards’ kollha u ‘l-White Cards’ taż-żewġ klabbs rispettivi tal-istaġun 2015/16. Kull persuna awtorizzata li tidħol fil-West B tista’ tagħmel dan biss bil-card elettronika tal-istaġun 2015/16.
L-Istadium nazzjonali se jiftaħ għall-pubbliku fis-6.30pm u l-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku biex josservaw ir-regolamenti tal-Istadium.
Iż-żewġ klabbs javżaw li l-biljetti tad-dħul bdew jinbiegħu minn dawn il-postijiet:
Eurosport (B’Kara), McDonalds (B’Kara u Għawdex), Hibs Supporters Zone (Paola), Drinks & More (San Ġwann), Pitch Casual Dinner (M’Scala), 8 Till Late Convenience (Mater Dei Hospital, Buġibba, San Ġiljan), Agenda Bookshop (Tigne Point, Embassy Complex). Il-biljetti jistgħu wkoll jinxtraw mit-‘ticket booths’ dak inhar tal-logħba.
Il-prezzijiet tad-dħul huma ta’ €7 għall-kbar, €4 għall-anzjani u €1 għal tfal ta’ taħt it-12-il sena.
//= $special ?>