Qorti

Libjani mixlija b’serq mill-bajja ta’ San Ġorġ

Żewġ Libjani ta’ 24 sena qed jinżammu taħt arrest preventiv, wara li tressqu l-Qorti mixlijin li serqu basket lill-tfajla Pollokka mill-bajja ta’ San Ġorg f’San Ġiljan.

Younis Eman u Mahmoud Elmejdi li huma residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far u Buġibba rispettivament, wieġbu mhux ħatja li serqu l-basket tal-mara mill-bajja f’San Ġiljan. Emad wieġeb mhux ħati wkoll li wettaq reat taħt sentenza sospiża u għalhekk sar reċediv.

Paulina Cywinska, il-vitma saħqet li l-Ħadd filgħaxija waqt li kienet fuq il-bajja għall-ħabta tas-1:10 ta’ filgħodu flimkien ma ħuha u ma xi ħbieb tagħha rrealizzat li l-basket li kien biswita sparixxa.

Cywinska qalet li fil-basket kella żewġ wallets , b’wieħed minnhom bi 3 karti ta’ €50 u fl-ieħor karta tal-€20 u xi muniti. Il-basket waħdu kien jammonta għall-€25.

L-Avukat Leontine Calleja għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest. L-Ispettur Elton Taliana oppona peress li ż-żewġ imputati ma għandhomx indirizz f’Malta. Dan apparti li wieħed minn l-imputati ta indirizz falz lill-Pulizija.