Koppja li kienet qed tiċċelebra l-bidu ta’ ħajja ġdida bħala miżżewġin spiċċaw tilfu ħafna memorji, kemm ritratti u filmati, minħabba li xi ħadd mill-mistednin seraq GoPro li kien qed juża l-persuna li tqabbad biex jiġbed il-filmati.
Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju waqt li l-koppja kienu qed jiċċelebraw f’sala tat-tiġijiet f’San Ġwann.
Il-camera kienet fuq il-mejda qrib il-kejk tat-tieġ u għebet sakemm il-persuna li kien qed jiġbed il-filmati warrab għal ftit biex jiġbed filmat b’camera oħra. Dan ifisser li l-filmati fuq din il-camera, li ma kienx ġibed bħalhom b’camera oħra, issa għebu għal kollox u parti mill-memorja tal-koppja ġdida ntilfet.
F’appell fuq Facebook, sid il-camera qed jitlob għall-informazzjoni u biex jgħaddiha bl-għan li l-camera tinstab. Qal li filwaqt li għandu x-xewqa li l-camera tiġi rritornata, jixtieq fuq kollox li għallinqas min seraqha jibagħtlu lura l-SD card biex jirkupra l-filmati.
//= $special ?>

