Lokali

Mihajlovic jixtieq lil Ibrahimovic

Il-kowċ ta’ Milan Sinisa Mihajlovic qal li jixtieq li r-Rossoneri jagħmlu minn kollox biex jakkwistaw lill-attakkant ta’ PSG Zlatan Ibrahimomovic għax skont hu jekk il-plejer Żvediż jingħaqad magħhom ikunu jistgħu jissieltu għar-rebħ tal-kampjonat.

“Mhux se ngħid jekk Ibrahimovic hux ġej magħna jew le imma li nista’ ngħid hu li jekk jiġi nkunu wieħed mill-akbar sfidanti għar-rebħ tal-kampjonat għax Ibrahimovic hu plejer li jagħmel id-differenza,” qal Mihajlovic.