Il-Pulizija Russa qed taħdem bla heda biex issib min hu responsabbli għal massakru brutali fil-belt ta’ Nizhny Novgorod.
Dan wara li omm tqila u s-sitt itfal tagħha nstabu mbiċċrin. Mill-istat ta’ dekompożizzjoni li nstabu fih, jidher li huma kienu ilhom li nqatlu.
Il-Pulizija ftit tal-ħin ilu arrestat missier it-tfal u dan hu s-suspettat ewlieni fil-każ.
Il-katavri nstabu wara li għalliema tat-tfal irrappurtaw li kienu ilhom ma jarawhom. L-indikazzjonijiet huma li t-tfal kollha għandhom anqas minn sitt snin.
Dan fl-istess ħin li f’San Pietruburgu, il-Pulizija temmen li anzjana ta’ 68 sena li arrestaw, mhux biss qatlet aktar mill-11-il persuna, li fil-fatt ammettiet li qatlithom, imma wkoll li kienet tiekol partijiet minnhom. Dan minbarra li kienet taqta’ barra ras il-vittmi.
Tamara Samsonova, li kienet taħdem f’lukanda, inqabdet wara li ntlemħet fuq kamera tas-sigurtà sejra tarmi l-katavru bla ras tal-aħħar vittma tagħha.
Omm tqila u sitt itfal massakrati fir-Russja
