Fit-tielet jum ta’ kompetizzjoni fil-pixxina waqt is-16-il edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm tal-FINA li qed isiru f’Kazan fir-Russja, l-għawwiem mill-Afrika t’Isfel Cameron van der Burgh waqqaf rekord mondjali waqt il-heats tal-50m breaststroke. Van der Burgh għamel ħin ta’ 26.62’ biex kisre ir-rekord tiegħu stess li kien waqqaf fil-Kampjonati Mondjali tal-2009 meta dakinhar kien għamel ħin ta’ 26.67’.
Van der Burgh hu l-ewwel raġel li waqqaf rekord dinji waqt dawn il-Kampjonati wara li fl-ewwel jumejn kienu biss nisa li waqqfu rekords mondjali.
F’kummenti li ta van der Burgh qal li kien ferm kuntent b’dan ir-rekord, speċjalement wara d-disfatta li sofra nhar it-Tnejn meta fil-finali tal-100m breaststroke safa megħlub mill-għawwiem tar-Renju Unit Adam Peaty.
//= $special ?>

