Lokali

Ronaldo “homeless” f’nofs Madrid u jittallab għall-flus

F’dan il-filmat il-plejer Ronaldo jidher kif qatt ma rajnih qabel.

Il-Plejer jitlibbes parrokka, daqna falza , nuċċali, fat suit, u ħwejjeġ żmattati u joħroġ fi pjazza prinċipali f’Madrid, akkumpanjat minn kelb u hemmhekk beda jittallab għall-flus b’kaxxa tal-kartun.

Waqt li kien qed jittallab, Ronaldo jidher ukoll juri x’jaf jagħmel bil-ballun, iżda peress li ħadt mhu jagħrfu, ftit li xejn qed jieqfu nies.

Fil-Filmat, Ronaldo jidher jipprova jkellem in-nies, iżda b’kuntrarju għal dak li jagħmlu n-nies meta jarawh, in-nies qed jibqgħu mexjin.

Iżda wara ħafna ħin, Ronaldo, fil-karattru ta’ raġel fqir, lemaħ tifel li beda jilgħab miegħu bil-ballun.

Wara li lagħab miegħu, Ronaldo  jidher ineħħi l-maskla minn ma’ wiċċu. Il-ballun li kien qed jilgħab bih, Ronaldo ffirmah u għaddih lit-tifel.

Hekk kif neħħa l-maskla, in-nies mill-ewwel għarfuh u waqt li fil-bidu ħadt ma kien qed jagħti każ jieqaf ikellmu, kif għarfuh, ingħaqdet ċorma nies madwaru.