Futbol Sport

Sliema Wanderers jirbħu s-Summer Cup

Tard it-Tlieta filgħaxija Sliema Wanderers rebħu s-Summer Cup, kompetizzjoni tal-preseason organizzata minn Mosta FC.
B’kollox, Sliema rebħu erba’ partiti u tilfu waħda. Il-Blues kienu bdew b’rebħa ta’ 1-0 kontra Naxxar Lions u wara għelbu lil Mosta 2-0. It-tielet rebħa kienet dik ta’ 3-1 kontra Balzan u kisbu rebħa oħra, 1-0 kontra Qormi. Fl-aħħar logħba tagħhom tilfu 2-1 kontra Pembroke imma xorta waħda kienu ġabu biżżejjed punti biex rebħu din it-tazza.