Qorti

Taħt arrest preventiv wara li rreżista żewġ uffiċċjali tal-Pulizija

Niġerjan ta’ 33 sena, Friday Ehhibih, residenti fil-Hanger Open Center ta’ Ħal-Far inżamm taħt arrest preventiv . Ir-raġel tressaq il-Qorti mixli li rreżista bi vjolenza u kkaġuna feriti ħfief lil żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija.

L-ispettur tal-Pulizija Kevin Pulis fil-Qorti saħaq li hu sejjaħ għall-għajnuna wara li l-imputat m’għobdiex l-ordni. Qal li l-imputat agredixxa lill-Pulizija tant li kisser l-arloġġ tal-id ta’ wieħed miż-żewġ pulizija li kienu msejħa fuq il-post, kif ukoll irreżista bi vjolenza u kkaġuna feriti ħfief.

L-inċident seħħ nhar it-Tlieta fis-19.30.

L-Avukat Leontine Calleja qalet li dan kien każ li eskala għaliex l-imputat ma jifhimx bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża, u għalhekk ma kienx jaf x qiegħed jintqal lilu.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.