Birkirkara jinsabu f’diskissjonijiet mal-winger Nigerġjan Frank Temile biex dan jerġa’ jilbes il-flokk tal-klabb immexxi minn Giovanni Tedesco. L-istaġun li għadda, Temile lagħab ma’ Qormi u Naxxar Lions rispettivament.
Intant, fuq Facebook, Ellington Morais ‘Liliu’ ħabbar li l-avventura tiegħu ma’ B’Kara ġiet fi tmiemha wara li kien deċiż li l-plejer jinħall minn mal-kuntratt għax għandu opportunità li jkompli l-karriera f’pajjiż ieħor Ewropew. Jidher li l-offerta li għandu ‘Liliu’ hi mingħand klabb Ungeriż.
Issa hu mistenni li fil-jiem li ġejjin,B’Kara jkollhom sa massimu ta’ ħames plejers barranin bi prova magħhom biex xi ħadd minnhom jieħu post Liliu.
//= $special ?>