Lokali

Tifel ta’ 11-il sena jieħu xokk waqt li kien se jiċċarġja l-mowbajl fl-Ajruport

Tifel barrani ta’ 11-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li ħa xokk elettriku f’waħda mill-kafetteriji tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-każ seħħ illum waranofsinhar, meta jirriżulta li t-tifel ipprova jiċċarġja l-mobile u għal xi raġuni ħa xokk. Hu mifhum li t-tifel kien ma’ qrabatu, li kienu se jitilqu pajjiżna aktar tard.

Fil-post issejħu l-Pulizija stazzjonati fl-Ajruport u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. It-tifel ittieħed l-Isptar b’Ambulanza biex jingħata aktar kura medika.

Aktar informazzjoni kif taslilna …