Il-bejgħ fost il-pajjiżi tal-UE f’Ġunju wera xejra ta’ tnaqqis meta wieħed jikkompara max-xahar preċedenti.
Ċifri maħruġa mill-Eurostat jindikaw li l-volum tal-bejgħ naqas b’0.6 fil-mija fiz-Zona Ewro u 0.5 fil-mija madwar il-pajjiżi kollha tal-UE.
L-akbar tnaqqis kien reġistrat fil-Ġermanja, is-Slovenja u l-Polonja. Kien hemm żieda fiċ-ċifri tal-kummerċ reġistrati fir-Rumanija, l-Awstrija u d-Danimarka. L-istess statistika turi li f’pajjiżna l-bejgħ naqas bir-rata ta’ 0.9 fil-mija.
//= $special ?>