Illum se jsiru ċerimonji solenni fil-Ġappun biex ifakkru s-70 anniversarju minn mindu l-Istati Uniti waddbet bomba atomika fuq il-belt Ġappuniża ta’ Hiroshima lejn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.
Dik kienet l-ewwel darba li kienet intużat arma ta’ dan it-tip. Kienet ikkawżat madwar 60,000 vittma mal-ispluzjoni tal-bomba, iżda sfaw vittma madwar 192,719 tul is-snin minħabba l-effetti tar-radjazzjoni, u sal-lum għad hemm nies li jmutu minħabba dawn l-effetti.
Għaċ-ċerimonji tal-lum hu stmat li se jkun hemm rekord ta’ uffiċjali preżenti minn total ta’ 100 pajjiż. Dawn minbarra delegati ta’ gruppi favur il-paċi u kontra l-armi nukleari minn madwar id-dinja.
Tlett ijiem wara l-bumbardament ta’ Hiroshima, l-Istati Uniti waddbet bomba atomika oħra, din id-darba fuq il-belt ta’ Nagasaki. Hemm tilfu ħajjithom 40,000 persuna.
70 sena mill-bumbardament atomiku ta’ Hiroshima
