Lokali

Analiżi tal-ġurnali

In-Nazzjon b’ritratt titratta l-istorja tal-possibiltà ta traġedja oħra kbira fil-Mediterran waqt vjaġġ bl-immigranti rregolari. Storja oħra tgħid li hemm indikazjzoni ta’ xejra ta’ tnaqqis fl-applikazzjonijiet għall-MCAST. Insibu wkoll storja li tgħid Skiet li jtarrax minn Muscat, ġimgħa wara r-rapport Zammit Gaffarenza, il-Prim Ministru mhux talli ma ħax azzjoni, talli ordna li ma jitteħdux passi kontra l-familja Zammit.

The Malta Independent għandha l-istorja prinċipali tagħha dwar l-Air Malta u tgħid li mhux ħa jitnaqqsu ħaddiema mill-cabin crew. Dan kien konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta. L-Istorja l-oħra titratta wkoll l-inċident fil-baħar Mediterran u tgħid li 185 immigrant għadhom ma nstabux.

The Times of Malta tagħti priorita lill-istorja dwar it-traġedja fil-baħar Mediterran u tgħid li 150 immigrant huma maħsuba mejta f’din it-traġedja minn sensiela li saru qrib il-kosta Libjana. Storja oħra titkellem dwar promozzjoni fl-Armata li seħħet snin wara li l-persuna involuta rtirat mill-armata. Dan jaf ifisser li din il-persuna titħallas eluf ta’ ewro f’arretrati.

L-Orizzont titkellem kif il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami, qal li lill-Gaffarena jafu biss minn wiċċu. Storja oħra titkellem dwar avventura tal-Fgura Scout Group f’Amsterdan fejn sabu ruħhom f’nofs maltempata qalila. Storja oħra titkellem dwar appell mill-GWU lill-ħaddiema tal-Air Malta biex joqogħdu biss fuq dak li tgħid hi.