It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM fi stqarrija innotat li ta’ spiss ix-xufiera li jaħdmu mall-Malta Public Transport qed jaffaċċjaw kritika ta’ nuqqasijiet li ma jiddependux minnhom iżda jiddependu minn nuqqasijiet ta’ min imexxi. Fost dawn hemm nuqqasijiet dawk dwar indafa, manutenzjoni, sigurta, kif ukoll nuqqasijiet ta’ arja kundizzjonata li ma taħdimx kif suppost.
Il-UĦM infurmat lill-pubbliku li dawn ix-xuffiera kemm ‘il darba irrapportaw dawn in-nuqqasijiet lil
min imexxi. Madankollu dawn l-ilmenti mhux qegħdin jiġu ikkalkulati.
Barraminnhekk, ix-xufiera ta’ sikwiet jirrifjutaw li jsuqu vetturi meta jkollhom xi dubju li dawn
jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa u s-sigurta kemm tax-xufiera nfushom kif ukoll ta’ persuni
oħrajn, iżda qed ikun hemm xi każijiet fejn dawn ix-xufiera qed jiġu sfurzati jsuqu dawn il-vetturi
xorta waħda.
Il-UĦM appellat lill-pubbliku biex jifhem li l-ħaddiema tal-Malta Public Transport mhux responsabbli ta’ dawn in-nuqqasijiet. Minkejja dan ikunu huma li dejjem qegħdin jiffaċċjaw kritika inġusta tal-pubbliku.
Il-UĦM qalet illi kemm il-darba kitbet lill-management li jmexxi it-trasport pubbliku b’dawn innuqqasijiet u fid-dawl li l-management qed jinjora l-ilmenti u l-għajta tal-ħaddiema, il-union qed tagħti vuċi lil-ħaddiema billi tagħti Direttiva lil-ħaddiema membri tagħha sabiex ma jsuqux vetturi jekk l-arja kondizzjonata ma taħdimx, jekk is-seat tax-xufier ikun bil-ħsara, jekk ikun hemm ħsarat fit-tyers jew problemi oħrajn.
//= $special ?>

