Lokali

Drenaġġ f’Baħar iċ-Ċagħaq

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi stqarrija ħabbar li jixtieq javża lill-pubbliku li minħabba żbroff ta’ drenaġġ fiż-żona ta’ fejn hemm id-Dog Friendly Beach f’Baħar iċ-Ċagħaq, hekk kif identifikata mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, għawm f’din iż-żona mhux rakkomandat sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Tabelli li jindikaw dan l-għeluq ġew imwaħħla fil-post.