Lokali

Filmat: Qtugħ tad-dawl: periklu fit-toroq b’traffic lights ma jaħdmux

Il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku madwar Malta kien estensiv tant li kif jidher f’dan il-filmat, kien hemm toroq prinċipali b’traffic lights li ma bdewx jaħdmu minħabba l-qtugħ tad-dawl.

Il-filmat t’hawn fuq, li rċieva MaltaRightNow.com juri triq prinċipali hekk kif wieħed ikun ġej mill-by-pass tal-Imrieħel fid-direzzjoni lejn Birkirkara.

Fil-filmat jidhru traffic lights mitfija, tant li l-karozzi minn kull direzzjoni jagħmlu attentat li jibqgħu ħerġin mingħajr ma jaħbtu ma’ vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjonijiet opposti.

[youtube width=”675px” height=”465px”]qQzoC-dBpxQ[/youtube]