Żewġ sidien tad-deckchairs fil-bajja s-sabiħa ta’ B’bugia dalgħodu spiċċaw fl-idejn wara argument li nqala bejniethom.
Jirriżulta li wieħed mis-sidien għamel deckchair fiż-żona tas-sid l-ieħor, u dan wassal biex iż-żewġ naħat bdew jargumentaw, l-argument eskala u f’ħin minnhom bdew jiġġieldu bl-idejn u wieħed mis-sidien saħansitra kien hemm ukoll tentattiv li wieħed jattakka lill-iehor bl-imgħażqa li jħaffer ir-ramel biha.
Fuq il-post waslu l-Pulizija tad-distrett biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
//= $special ?>
