Lokali

Il-Katamaran tal-Virtu Ferries jolqot il-moll u jinqabad fi Sqallija

Il-kumpanija Virtu Ferries avżat li qed taħdem tibdil fl-iskeda tal-vjaġġi bejn Malta u Pozzallo wara li l-MV Jean de la Vallette laqat il-moll ta’ Pozzallo u ma baqax fis-servizz.

Stqarrija tal-kumpanija Virtu Ferries qalet li l-MV San Gwann se jissostitwixxi lill-MV La Vallette iżda sakemm isiru x-xogħlijiet meħtieġa, is-servizzi se jkunu għall-passiġġieri biss.

Il-vjaġġi kollha minn Pozzallo għal Malta se jsiru skont l-iskeda sakemm il-kumpanija toħroġ avviż iehor. Il-kumapnija qed tikkuntattja lill-passiġġieri kollha li huma ibbukkjati u se tkompli tinforma lill-pubbliku.