Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Belt Valletta ġie kundannat sentejn u erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li seraq ġiżirani u qaċċathom minn fuq għonq tliet anzjani. Is-serqiet, li jammontaw għall-valur ta’ €1,000 seħħew bejn Mejju u Lulju ta’ din is-sena.
Christopher Ryan, li jaħdem bħala kok f’lukanda ewlenija, wieġeb ħati tal-akkużi li tressqu fil-konfront tiegħu.
Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera fakkret li dan iż-żagħżugħ spiċċa fil-kriminalita’ f’eta’ żgħira ta’ 17-il sena. Fil-Qorti, il-Maġistrat insistiet li Ryan għandu jirriforma ruħu b’mod immedjat inkella se jispiċċa f’aktar inkwiet.
Ryan għandu wkoll problem relatati ma’ droga, u għalhekk id-difiża tablet lill-Qorti biex il-klijent tagħhom jibda programm kontra l-vizzju tad-droga.
//= $special ?>
