It-tfajjel Karl Curmi, li ftit tal-jiem ilu salva tarbija ta’ ftit xhur milli jegħreq, dalgħodu ngħata rikonoxximent mill-Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech. Fi tmiem Pontifikal li nżamm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex, l-Isqof Grech faħħar l-inizjattiva spontanja ta’ Karl u ppreżentalu ktieb.
F’ittra (stampa isfel) li takkumpanja l-ktieb, Mons Grech wiegħed lit-tfajjel li se jkompli jitlob għalih biex il-Mulej jaħdem fuq il-qalb kbira tiegħu “biex ‘il quddiem ma tibżax tkun aktar ġeneruż mal-proxxmu u ma’ Alla nnifsu”.
//= $special ?>