Karozzi tal-linja li qed tiżviluppalhom xi tip ta’ ħsara qed jissewwew temporanjament bit-tejp, kif jidher f’din is-sensiela ta’ ritratti li waslu għand Maltarightnow.
Minn mirja għal bibien u saħansitra l-bieba minn fejn jingħataw il-fjuwil imwaħħla bit-tejp.
Imma jidher li f’xi każi t-tejp ma serviex għax ritratti oħra f’dan l-artiklu juru kif uħud mill-karozzi tal-linja jinsabu fi stat ħażin ħafna, b’partijiet minnhom, speċjalment fuq ġewwa, li tqattaw biż-żmien u baqgħu ma ssewwewx.
Ritratt: Waqfet Tal-Linja
//= $special ?>

