Matul il-ġurnata tal-Ħamis komplew it-tiftixijiet fl-ibħra barra mil-Libja hekk kif l-Erbgħa nqalbet lanċa b’madwar 700 persuna abbord.
Minn dawn, 373 kienu salvati u nstabu 25 katavru iżda qed ikun stmat li hemm madwar 200 oħra li tilfu ħajjiethom.
F’din il-ħidma ta’ salvataġġ ħadu sehem seba’ bastimenti bejn tal-gwerra uċivili kif ukoll helikopters.
Hekk kif kienet għadejja din il-ħidma ta’ salvataġġ madwar 25 kilometru mill-kosta Libjana, kien hemm emerġenza oħra fl-ibħra fil-qrib.
Dan wara li . Dan wara li intbagħat messaġġ għall-għajnuna minn fuqu u kellha tingħata għajnuna lil lanċa bi 300 immigrant abbord. Din il-lanċa kienet madwar 20 kilometru minn fejn seħħ l-ewwel salvataġġ.
//= $special ?>